Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju 2015, fis-6.00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa u jmexxi purċissjoni fl-okkażjoni tal-festa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi), fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.
Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju, fid-9.00 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u wara jmexxi purċissjoni qasira bl-Ewkaristija, mat-toroq tal-Belt Valletta. Dakinhar, l-Arċisqof Scicluna jagħti bidu għall-ħidma pastorali tal-Kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Balzan, Mons. Dun Karm Farrugia, b’Quddiesa li tibda fil-5.30 p.m.
Is-Sibt 13 u l-Ħadd 14 ta’ Ġunju, l-Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof: is-Sibt, fis-7.00 p.m. fil-parroċċa ta’ Burmarrad, il-Ħadd, fl-10.00 a.m. fil-parroċċa tal-Kalkara u fis-6.00 p.m. fil-parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid.
Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann Battista, li ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju, fil-5.45 p.m., Mons. Arċisqof ser imexxi t-translazzjoni tar-relikwa u jiċċelebra Quddiesa bit-talba tal-Għasar. Fl-okkażjoni tal-istess festa, il-Ħadd 21 ta’ Ġunju, l-Arċisqof ser imexxi purċissjoni li tibda fit-8.30 a.m., u Quddiesa li tibda fid-9.30 a.m. Dakinhar, fis-6.30 p.m., l-Arċisqof jagħti bidu għall-ħidma pastorali tal-Kappillan tal-parroċċa tal-Balluta, Patri Joe Saliba O. Carm., b’Quddiesa li tibda fis-6.30 p.m.
L-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju 2015, fl-10.30 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ma’ xi membri mill-grupp Kariżmatiku ‘In the name of Jesus’, fis-Seminarju, tal-Virtù.