-
Is‑Sibt l-1 ta’ Ottubru 2016, fil‑5:00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser ibierek il‑Kurċifiss ewlieni fil‑Presbiterju tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Kunċizzjoni, il‑Ħamrun.
Il‑Ħadd 2 ta’ Ottubru, fid‑9:15 a.m. u fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ Ħaż Żebbuġ. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jattendi ċ-ċelebrazzjoni Ekumenika ‘Undivided’, fi Smart City, il‑Kalkara.
It‑Tnejn 3 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Fin‑12:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal-ftuħ tas‑sena akkademika fl‑Università ta’ Malta, Tal‑Qroqq.
It‑Tlieta 11 ta’ Ottubru, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa maż‑żgħażagħ, f’ŻAK House, Birkirkara.
Is‑Sibt 15 ta’ Ottubru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha ssir il‑wegħda taċ‑ċelibat mis-seminaristi li se jsiru djakni, fil‑Kappella tas‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.
Il‑Ħadd 16 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa tal‑Isla. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa tal‑Gudja.
Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa tal‑Baħrija.Il‑Ġimgħa 28 ta’ Ottubru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Ordinazzjoni tad‑Djakonat lil ħames kandidati, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta u fuq Radju Marija.
Il‑Ħadd 30 ta’ Ottubru, fil‑11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑komunità tal‑lingwa Ġermaniża, fil‑Knisja tal‑Franġiskani Konventwali, il‑Belt Valletta. Fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Ġiljan.