-
-
It‑Tnejn 1 ta’ Jannar 2018, fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq Radju RTK u TVM.
Il‑Ġimgħa 5 ta’ Jannar, fil‑12:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑uffiċċini tal‑Aġenzija Appoġġ, għall‑impjegati tal‑Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lill‑Kan. Dun Michael Zammit bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ Ħal Luqa.
Is‑Sibt 6 ta’ Jannar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑anniversarju tat‑tieni dehra mistika ta’ San Gejtanu, fil‑Parroċċa ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun.
Il‑Ħadd 7 ta’ Jannar, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Epifanija li matulha jitħabbru l‑festi tal‑Mulej għas‑sena 2018 u jilqa’ lil erba’ seminaristi bħala kandidati għas‑saċerdozju, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 13 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑koppji li ser jiżżewġu matul l‑2018, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa hija organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 14 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Qawra fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa.
Il‑Ġimgħa 19 ta’ Jannar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Servizz Ekumeniku Djoċesan fil‑Bażilika tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fl‑Isla.
Is‑Sibt 20 ta’ Jannar, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑komunità tas‑sorijiet Little Sisters of the Poor, fl‑okkażjoni taż‑żjara tal‑Madre Ġenerali tagħhom, Madre Maria del Monte Auxiliadora.
Il‑Ħadd 21 ta’ Jannar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lill‑Kan. Dun Joseph Mizzi bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ Santa Luċija.
Is‑Sibt 27 ta’ Jannar, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni fil‑festa tan‑Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil‑Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.
Il‑Ħadd 28 ta’ Jannar, fid‑9.15 a.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑pussess lill‑Kanonċi l‑ġodda tal‑Kapitlu Metropolitan u wara jiċċelebra l‑Pontifikal Solenni tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.