-
Bejn is-Sibt u t-Tnejn, 4 u 5 ta’ Frar 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jkun qed jagħmel il-Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u ż-żgħażagħ, mal-anzjani u l-morda u mas-saċerdoti u r-reliġjużi li jagħtu servizz fil-parroċċa. L-Arċisqof se jiltaqa’ wkoll mar-refuġjati residenti f’Ħal Balzan u mar-residenti u l-istaff ta’ Dar Merħba Bik.
Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna lill-komunità ta’ Ħal Balzan.
-