-
-
Is-Sibt 2 ta’ Ġunju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-aħħar Quddiesa tat-Tridu tal-festa San Ġużepp, Ħal Għaxaq.
Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil‑Katidral tal-Imdina, flimkien mal-Kapitlu u mas-saċerdoti li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali tal-ordinazzjoni tagħhom. Il-Quddiesa tkompli bil-purċissjoni bl‑Ewkaristija mat‑toroq ewlenin tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.
L-Erbgħa 6 ta’ Ġunju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, li fiha jamministra s-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina lit-tfal li jattendu l-iskola St Francis, B’Kara.
Is-Sibt 9 ta’ Ġunju, fit-8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa lejlet il‑festa ta’ San Filep ta’ Aġira, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż‑Żebbuġ.
Il‑Ħadd 10 ta’ Ġunju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid.
Is-Sibt 23 ta’ Ġunju, lejlet is-Solennità tat‑Twelid ta’ San Ġwann il‑Battista, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi traslazzjoni bir‑relikwa tal‑qaddis mill-Oratorju għall-artal tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Wara jmexxi l-Ewwel Għasar tas-Solennità flimkien mal-Kapitlu Metropolitan u membri tal‑Ordni ta’ San Ġwann, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ħadd 24 ta’ Ġunju, Solennità tat‑Twelid ta’ San Ġwann il‑Battista, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Pontifikal, bis‑sehem tal‑Kapitlu Metropolitan, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.
Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju, fil-5:30 p.m., lejlet is-Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni tar-relikwi mill-Grotta ta’ San Pawl ir-Rabat għall-Katidral tal-Imdina, mal‑Kapitlu Metropolitan u wara jmexxi l-kant tal-Ewwel Għasar.
Il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi jiċċelebra Pontifikal fis‑Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, bis-sehem tal‑Kapitlu Metropolitan, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.
Is-Sibt 30 ta’ Ġunju, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa, lejlet il-festa tal-Madonna ta’ Lourdes, fil-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi.