-
-
Il‑Ħamis 4 ta’ April 2019, fl‑10:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Solenni tal‑Inawgurazzjoni tal‑President George Vella fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ġimgħa 12 ta’ April, Jum id‑Duluri, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jieħu sehem f’purċissjoni bl‑istatwa ta’ Marija Addolorata, li tibda mill‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il‑Belt Valletta.
Il‑Ħadd 14 ta’ April, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
L‑Erbgħa 17 ta’ April, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Via Sacra Djoċesana li tibda minn ħdejn l‑istatwa ta’ Kristu Re, il‑Furjana, u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Via Sacra tixxandar live fuq Radju RTK.
Il‑Ħamis 18 ta’ April, Ħamis ix‑Xirka, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Griżma, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof imexxi l‑Quddiesa fl‑Ikla tal‑Mulej u wara ssir il‑purċissjoni bis‑Sagrament lejn l‑artal tar‑ripożizzjoni, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddies ser jixxandru live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ġimgħa 19 ta’ April, il‑Ġimgħa l‑Kbira, fit‑3:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 20 ta’ April, Sibt il‑Għid, fit‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑liturġija tal‑Vġili tal‑Għid li tinkludi l‑Magħmudija tal‑adulti, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 21 ta’ April, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
L‑Erbgħa 24 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor, iż‑Żejtun. Il‑pellegrinaġġ jibda mill‑Kappella ta’ San Klement għall‑Knisja ta’ San Girgor fejn issir Quddiesa.
Is‑Sibt 27 ta’ April, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Ordinazzjoni Presbiterali, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, li fiha erba’ djakni djoċesani jiġu ordnati saċerdoti. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Charlon Muscat bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.
Il‑Ħadd 28 ta’ April, Ħadd tal‑Ħniena Divina, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑festa tal‑Ħniena Divina, fis‑Santwarju Ħniena Divina, San Pawl Tat‑Tarġa.
It‑Tnejn 29 ta’ April, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament flimkien mas‑saċerdoti novelli, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa.