-
Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent ser tiftaħ ix‑Xahar tal‑Ħolqien biċ-ċelebrazzjoni ta’ Quddiesa kif ukoll taħdita fix‑Xgħajra. It‑taħdita mill‑Prof. Carmel Agius ser tkun dwar is‑seħer tal‑ħajja f’qiegħ il‑baħar tax‑Xgħajra u r‑rabta li dan għandu man‑nies tal‑lokal. Din l‑attività ser issir f’Dawret ix‑Xatt, ix‑Xgħajra stess, nhar it‑Tlieta 3 ta’ Settembru fis‑6:30pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
Ta’ kull sena, bejn l‑1 ta’ Settembru u l‑4 ta’ Ottubru, ix‑Xahar tal‑Ħolqien jistedinna biex bħala familja waħda nfittxu li flimkien insaħħu r‑relazzjoni tagħna ma’ xulxin, mal‑ħolqien u mal‑Ħallieq. Ix‑Xahar tal‑Ħolqien beda fl‑1989 meta l‑Patrijarkat tal‑Knisja Ortodossa ddedika l‑1 ta’ Settembru għat‑talb għall‑ħolqien.