Matul ix-xahar ta’ April, l-Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il-quddiesa kuljum fid-9:30am fuq TVM+, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit-Tnejn sas-Sibt fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il-quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l-istazzjon tar-radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet:

Il-Ħamis 02 ta’ April, fid-9:30am, l-Arċisqof imexxi l-Quddiesa taż-Żjut fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, li matulha jiġġeddu l-wegħdiet tal-ordinazzjoni tas-saċerdoti u jitbierku ż-żjut li jintużaw matul is-sena. Fis-6pm jiċċelebra quddiesa fit-Tifkira tal-Ikla tal-Mulej bil-ħasil tas-saqajn fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Wara s-sagrament jittieħed fl-artal tar-ripożizzjoni.

Il-Ġimgħa 03 ta’ April, fid-9:30am, l-Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-qari ta’ sbieħ il-jum fl-artal tar-ripożizzjoni tal-Konkatidral fil-Belt Valletta. Fit-3:30pm imexxi Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej fil-Konkatidral fil-Belt Valletta.

Is-Sibt 04 ta’ April, fid-9:30am, l-Arċisqof imexxi l-Uffiċju tal-Qari ta’ sbieħ il-jum fl-Oratorju tal-Konkatidral fil-Belt Valletta. Fit-8pm jiċċelebra l-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-mewt bl-għoti tas-sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija lill-katekumeni adulti fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. 

Il-Ħadd 05 ta’ April,fid-9:30am, l-Arċisqof imexxi l-Pontifikal tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

L-Erbgħa 08 ta’ April, fis-9:30pm, l-Arċisqof imexxi l-purċissjoni ta’ San Girgor mill-Knisja ta’ San Klement sal-knisja l-qadima ta’ Santa Katarina (San Girgor) fiż-Żejtun.

Il-Ħadd 19 ta’ April, fid-9am, l-Arċisqof  jiċċelebra quddiesa pontifikali fil-festa ta’ San Publiju fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju fil-Furjana.

Il-Ħadd 26 ta’ April, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija f’Ħal Għaxaq.