Ritratt: Arċidjoċesi: Ian Noel Pace

Matul ix-xahar ta’ Ottubru, l-Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il-quddiesa mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30am fuq TVM+, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit-Tnejn sas-Sibt tixxandar it-talba tar-rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il-quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l-istazzjon tar-radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet:

L-Erbgħa  1 ta’ Ottubru fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Ftuħ tas-Sena Forensi, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Is-Sibt 4 ta’ Ottubru  fl-10:00am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jmexxi l-Investitura tal-Ordni Ekwestri tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Is-Sibt 4 ta’ Ottubru fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-75 anniversarju tal-iskola Santa Monica, Birkirkara.

Il-Ħadd 5 ta’ Ottubru fid-9:30am, fil-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Arċipretali ta’ San Lawrenz fil-Birgu.

It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, b’suffraġju għall-vittmi li mietu minħabba l-waqgħa tal-ajruplan Vulcan f’Ħaż-Żabbar 50 sena ilu.

Il-Ġimgħa  24  ta’ Ottubru fis-7:00pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s-sagrament tal-griżma tal-isqof fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan, San Ġiljan.

Is-Sibt 25 ta’ Ottubru, fis:6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s-sagrament tal-griżma tal-isqof fil-Bażilika Arċipretali ta’ Santa Marija, il-Mosta.

Il-Ħadd 26 ta’ Ottubru fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar. Fl-4:30pm, jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s-sagrament tal-griżma tal-isqof fil-Bażilika Arċipretali ta’ Santa Marija, il-Mosta.