The-handbook_AndrewBorg-3
Photo by Laura Galea

Error: At least one of asset, episode, or channel must be provided.

Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Andrew Borg qal li meta aħna naħsbu li sirna ċ-ċentru ta’ kollox, il-valur ta’ ħaddieħor ikun biss skont kemm se jaqdina.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Sr Natalie Abela u Andrew Borg. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 16:10-13
Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? Ebda qaddej ma jista’ jaqdi żewġ sidien, għax jew ikun jobgħod lil wieħed minnhom u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar