Id-dettalji tal-funeral tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P., li hu kkordinat bejn il-Knisja u l-Istat.

Il-quddiesa tal-funeral ta’ Mons. Cremona se ssir nhar is-Sibt, 22 ta’ Marzu 2025, fid-9:30am fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-quddiesa praesente cadavere se tkun immexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.


Il-Ħamis, 20 ta’ Marzu 2025

12:00pm – 12:15pm Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
3:45pm Tluq tal-korteo funebri mill-Isptar Mater Dei għall-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
4:10pm Wasla tal-korteo funebri quddiem il-Bażilika Minuri ta’ Sidtna Marija tal-Portu Salvu u ta’ San Duminku, il-Belt Valletta.
Tingħata tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. mill-familja Dumnikana.
4:20pm Tluq tal-korteo funebri minn quddiem il-Bażilika Minuri ta’ Sidtna Marija tal-Portu Salvu u ta’ San Duminku, il-Belt Valletta.
Il-korteo funebri jgħaddi minn dawn it-toroq:
Triq il-Merkanti
Triq San Duminku
Pjazza San Ġorġ
Triq ir-Repubblika
4:30pmWasla tal-korteo funebri f’salib it-toroq bejn Triq San Ġwann u Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
4:35pm Korteo funebri mmexxi mill-Kapitlu Metropolitan għall-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
4:45pm Wasla tal-korteo funebri fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
5:00pm Għasar tal-Mejtin immexxi mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.
5:30pm – 8:30pm L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn ikun hemm ukoll il-ktieb tal-kondoljanzi.
Ma’ nżul ix-xemx jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
7:30pm Jingħad ir-Rużarju mill-Familja Dumnikana fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
8:30pm Jingħalaq il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Il-Ġimgħa, 21 ta’ Marzu 2025

8:00am Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
8:30am Quddiesa fil-Kappella tas-Sagrament fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
9:00am – 8:30pm L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn ikun hemm ukoll il-ktieb tal-kondoljanzi.
12:00pm – 12:15pm Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
Ma’ nżul ix-xemx jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
7:30pm Jingħad ir-Rużarju mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Is-Sibt, 22 ta’ Marzu 2025

08:45am Wasla tal-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.
09:13am Wasla tal-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Robert Abela u Dr Lydia Abela.
09:15am Wasla tal-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono u Dr Anthony Spiteri Debono.
09:20am Dħul Solenni tal-ġisem tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
09:30am Quddiesa præsente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna. Il-quddiesa se tixxandar fuq TVM u Knisja.mt.
Wara l-quddiesa, isir korteo funebri mill-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta għal Triq ir-Repubblika, sad-daħla tal-Belt Valletta.
Fi tmiem il-korteo, il-ġisem tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. jittieħed fil-Knisja tal-Madonna tal-Għar u ta’ San Duminku, ir-Rabat, fejn issir id-difna.
Mid-daħla tal-Belt Valletta ’l quddiem, il-funeral ikompli f’forma strettament privata.
12:00pm Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. fil-ħin tad-difna.
Il-bnadar fuq binjiet pubbliċi u ekkleżjastiċi għandhom jittajru mezz’asta matul il-ġurnata tas-Sibt, 22 ta’ Marzu 2025.