Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:
Il‑Ġimgħa 1 ta’ Diċembru, fis-7pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa bl-għasar għall-Konsulenti Legali tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Ewropej fil‑Knisja tal-Vitorja, il-Belt Valletta.
Is‑Sibt 2 ta’ Diċembru, fl‑4:30pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti tal‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑ Karmnu fi Fleur‑de‑Lys.
Il‑Ħadd 3 ta’ Diċembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali u Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103. Fl‑4:30pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti tal‑Parroċċa tas‑Salvatur f’Ħal Lija.
Il‑Ħamis 7 ta’ Diċembru, fis‑6pm Mons. Arċisqof jieħu sehem fl‑attività djoċesana għat‑tfal organizzata mill‑Kummissjoni Djoċesana Tfal flimkien ma’ LOOP bl‑isem: ‘Ħolqa ma’ Ħolqa ma’ Marija’ fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara.
Il‑Ġimgħa 8 ta’ Diċembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il‑50 sena tal‑Mixja Neokatekumenali f’Malta fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Is‑Sibt 9 ta’ Diċembru, fis‑6:30pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fid‑19‑il anniversarju mit‑twaqqif tal‑parroċċa ta’ Pembroke.
Il‑Ħadd 10 ta’ Diċembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑quddiesa parrokkjali tal‑Familja Mqaddsa fl‑Iklin, li tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103. Fis‑6pm jiċċelebra quddiesa bir‑rit tal‑konsagrazzjoni tal‑artal fil‑Parroċċa ta’ San Ġużepp fil‑Kalkara.
Il‑Ħadd 17 ta’ Diċembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija fil‑Qrendi, li fiha jagħti l‑pussess ta’ kappillan lil Dun Mario Said. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.
Il‑Ġimgħa 22 ta’ Diċembru, fis‑5:45pm, Mons. Arċisqof jieħu sehem fil‑purċissjoni bil‑Bambin organizzata mill‑Aġenzija Kulturali għall‑Belt Valletta. Il‑purċissjoni tibda mill‑Knisja tal‑Vitorja, timxi għal Triq Żakkarija u tieqaf quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn l-Arċisqof jagħmel ħsieb u jmexxi n-novena. Wara tkompli għal Triq ir-Repubblika sakemm tasal quddiem il-Parlament. Jieħdu sehem l-oqsma tal-MUSEUM tas-Siġġiewi, in-Naxxar, l-Imsida u l-Ħamrun.
Il‑Ħadd 24 ta’ Diċembru, f’lejlet il‑Milied Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tar‑Raba’ Ħadd tal‑Avvent fil‑Kappella tas‑Sorijiet tal‑Qalb ta’ Ġesù, Tal‑Virtù, li tixxandar fuq TVM, knisja.mt Newsbook.com.mt u RTK 103. Fil‑5:15pm, flimkien mal‑Kapitlu Metropolitan, jiċċelebra l‑ewwel għasar solenni tal‑Milied fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, u wara jmexxi wkoll l‑Quddiesa tal‑Vġili. Fil‑11:00pm ikun hemm kant ta’ għanjiet tal‑Milied u wara, Mons Arċisqof imexxi l‑Uffiċċju tal‑Qari bil‑prietka tat‑tifel fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina. F’nofsillejl l‑Arċisqof imexxi l‑quddiesa solenni fit‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.com.mt.
It‑Tnejn 25 ta’ Diċembru, fid‑9:30am, f’Jum il‑Milied, Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa solenni fit‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.
Is‑Sibt 30 ta’ Diċembru, fis‑6pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Anton D’Amato fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija f’Ħal Għaxaq.
Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru, fid-9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103. Fil-5:30pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
It-Tnejn 1 ta’ Jannar, fid-9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Imqaddsa Omm Alla mill‑Kappella tad‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.