Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am, tiġi ċċelebrata quddiesa li tixxandar fuq TVM, mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30am, tiġi ċċelebrata quddiesa li tixxandar fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

It‑Tlieta 7 ta’ Novembru, fis‑6:00pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina b’suffraġju għall-isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi rġiel u nisa, b’mod speċjali dawk li mietu minn Novembru tas-sena li għaddiet sal-lum.

Il-Ħamis 9 ta’ Novembru, fid-9:30am jiċċelebra quddiesa fil-100 sena mit-twaqqif tal-kumpanija A&Co Group fl-uffiċini tagħhom fil-Marsa. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju RTK 103.

Is‑Sibt 11 ta’ Novembru, fis-6:00pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti tal-Parroċċa ta’ Santa Marija fil-Qrendi.

Il‑Ħadd 12 ta’ Novembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum it‑Tifkira, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju RTK 103. Fil-5:30pm jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Evan Caruana fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija f’Birkirkara.

It-Tlieta 14ta’ Novembru, fis‑6:30pm,Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr għall-gradwati l‑ġodda tal‑Università ta’ Malta, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

L-Erbgħa 15 ta’ Novembru, fis‑6:00pm,Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju tal-Isqof Robert Camilleri fil-Knisja ta’ San Franġisk fil-Ħamrun.

Il-Ħamis 16 ta’ Novembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-75 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju RTK 103.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru, fis‑6:00pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr għall-gradwati l‑ġodda tal‑MCAST, fil-Bażilka tal-Madonna tal-Karmnu, il‑Belt Valletta.

Is‑Sibt 18 ta’ Novembru, fis‑10:30am, Mons. Arċisqof imexxi ċ‑ċerimonja tal‑investitura tal‑Ordni tal‑Ekwestriju tas‑Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta u wara jiċċelebra quddiesa.

Il‑Ħadd 19 ta’ Novembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija f’Birkirkara. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju RTK 103. Fl-4:00pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lil grupp ta’ adolexxenti tal-Parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara. Fis-6:30pm jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Patri Martin Coleiro OFM fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema.

It‑Tlieta 21 ta’ Novembru, fid-9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-kappella tal-Iskola St Dorothy’s f’Ħaż-Żebbuġ u wara jiltaqa’ mal-istudenti ta’ din l-iskola. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju RTK 103.

Il‑Ħadd 26 ta’ Novembru, fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa waqt Encounter, attività taż-żgħażagħ imtellgħa minn MCYN, fil-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju RTK 103. Fil‑5:00pm jiċċelebra l‑Għasar u jagħti l‑Barka Sagramentali fil‑festa ta’ Kristu Re, fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

L‑Erbgħa, 29 ta’ Novembru, fis‑6:00pm Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑okkażjoni tal‑Assemblea Plenarja 2023 tal‑Kunsill tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.