Caritas Malta ilbieraħ iċċelebrat il-Jum Dinji għall-Anzjani b’quddiesa mmexxija minn E.T. Monsinjur Ġorġ Frendo flimkien ma’ Monsinjur Charles Cordina, Vigarju Episkopali għad-Djakonija.
Għal din l-okkażjoni li saret fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid attendew mijiet ta’ anzjani ġejjin mill-komunità, d-djar tal-anzjani u minn Ċentri differenti.
Attenda wkoll l-E.T. Dr George Vella, President ta’ Malta flimkien mas-Sinjura Vella.