The first anniversary of the death of Monsignor Victor Grech will be commemorated
02/02/2026Photo: Mons. Victor Grech
Nhar il-Ħamis, fl-okkażjoni tal-ewwel sena mill-mewt ta’ Monsinjur Victor Grech, tħejja programm ta’ tifkira b’kollaborazzjoni bejn Caritas Malta u l-Parroċċa u l-Kunsill Lokali Tal-Ibraġ.
Dakinhar, fit-8am, il-ħin li għal snin twal kien iqaddes Mons. Grech fil-Parroċċa Tal-Ibraġ, se tkun ċelebrata quddiesa mill-Kappillan Fr Brian Gialanzè.
Wara l-quddiesa ssir mixja lejn Ġnien Monsinjur Victor Grech fis-Swieqi fejn jitpoġġew fjuri quddiem il-bust tiegħu li kien inawgurat ftit xhur wara mewtu, xogħol l-artist Indri Attard… Read more »













