Caritas organises races and a walk in favour of an active life
31/08/2023Il-Caritas se tkun qed torganizza tlielaq u mixja terapewtika favur ħajja attiva li tersaq ‘il bogħod mill-vizzji.
L-avveniment se jsir fit-22 ta’ Ottubru fit-8am b’kollaborazzjoni ma’ St Patrick’s Athletics Club u Sportmalta.
F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt spjega li se jsiru tlielaq tal-10 kilometri u tal-5 kilometri, mixja taż-2.5 kilometri kif ukoll tellieqa tal-kilometru għat-tfal li għandhom bejn is-sitta u disa’ snin u tellieqa ta’ 2.5 kilometri għat-tfal li għandhom bejn l-10 u t-13-il sena… Read more »