I answer for my actions
26/08/2022L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Agħtuna ftit żejt minn tagħkom…” (Mt 25:8). Din hi t-talba li ħamsa mix-xebbiet, li qrajna fuqhom fil-parabbola fl-Evanġelju skont San Mattew, għamlu lill-ħamsa l-oħra. Talbuhom ftit żejt ħalli l-imsiebaħ tagħhom jibqgħu mixgħula. Imma l-ħamsa l-oħra, flok għenuhom, qalulhom: morru għand tal-ħanut biex tixtru, għax jista’ jkun li lanqas jibqa’ biżżejjed għalina.
Nixtieq li naraw din il-parabbola b’rabta ma’ parabbola oħra li qal Ġesù fl-Evanġelju skont San Luqa, li hi l-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb… Read more »