God first and foremost – Bishop Galea-Curmi
04/09/2022 The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan“Tobgħod” hi kelma kerha ħafna. Hi kerha fuq fomm kulħadd, imma aktar u aktar tinstema’ kerha fuq fomm Ġesù. Meta naqraw dan il-kliem tiegħu llum fl-Evanġelju (Lq 4:26), niskantaw u ngħidu: qed nisma’ sew? Dan kif Ġesù qed jgħid li trid tobgħod lin-nies tal-familja tiegħek?
Kontradizzjoni?
Dal-kliem jinħass aktar u aktar stramb meta niftakru li Ġesù kien tant jenfasizza l-imħabba. Hi l-karatteristika l-aktar importanti tad-dixxipli tiegħu, tal-komunità li hi l-Knisja… Read more »