Freedom of heart and generosity – Bishop Galea-Curmi
13/06/2022 The Archbishop's Seminary Church, Tal-Virtù, RabatL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Jien ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux”. Dan hu li Ġesù jgħid illum lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju skont San Mattew. Żgur li din tinstema’ stramba. Kif lill-bniedem ħażin ma tiqaflux? Jekk bniedem qed jagħmel il-ħsara, qed iweġġa’ lil ħaddieħor – rajna llum fl-ewwel qari bniedem li jagħmel il-ħażin – jekk bniedem juża l-vjolenza kontra ħaddieħor, ma tiqaflux, tħallih jagħmel li jrid?
Nistgħu nifhmu aħjar il-kliem li qed jgħid Ġesù hawnhekk meta niftakru dak li għedna fis-salm, fejn għedna: “Għax int m’intix Alla li tħobb il-ħażen, il-ħażin ma jsibx postu għandek”… Read more »