Not just a ‘relic from the past’ – Bishop Galea-Curmi
10/04/2022 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Waħda mill-karatteristiċi sbieħ li għandna f’pajjiżna f’dan iż-żmien marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa hi l-organizzazzjoni ta’ wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa li tara f’diversi postijiet. Ħafna nies ikunu jixtiequ jesprimu d-devozzjoni tagħhom f’dan iż-żmien billi jarmaw diversi statwi tal-Ġimgħa Mqaddsa, li juru mumenti tal-Passjoni ta’ Ġesù. Hi tradizzjoni mifruxa ma’ kullimkien, u ħaġa sabiħa ħafna.
Imma rridu noqogħdu attenti, kif qal il-Papa Franġisku fiż-żjara tiegħu f’Malta, li din il-prattika reliġjuża ma tkunx biss “qoxra ta’ barra”, jew inkella “ripetizzjoni ta’ repertorju tal-passat” (omelija quddiem is-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu, 2 ta’ April 2022), imma li tkun tassew espressjoni ta’ fidi ħajja f’Ġesù… Read more »