Beloved sons and daughters – Bishop Galea-Curmi
Mass on the feast of the Baptism of the Lord
10/01/2021 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
L-ilma jsaffi, inaddaf u jagħti l-ħajja. Kien għalhekk li Ġwanni l-Battista kien jgħammed lin-nies bl-ilma, fix-xmara Ġordan. Kienu jiġu n-nies għandu u hu jgħammidhom bl-ilma biex ifisser il-ħajja ġdida li daħlu għaliha wara li jistqarru dnubiethom. Meta resqu għall-Magħmudija, għamlu dan biex juru dak li jsemmi l-Profeta Iżaija fl-Ewwel Qari: “Ħa jħalli triqtu l-midneb, u l-bniedem il-ħażin fehmietu: ħa jerġa’ lura għand il-Mulej u jħenn għalih, għand Alla tagħna għax hu jaħfer ħafna.”
L-ilma
Kienet ħaġa stramba li fil-kju ma’ dawn in-nies li marru biex jitgħammdu kien hemm ukoll Ġesù… Read more »