The Church in Malta’s position on village feasts 2021
14/05/2021Matul din is‑sena 2021, il‑festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l‑bini tal‑knisja jsiru fil‑ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il‑miżuri indikati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa għall‑ħarsien tas‑saħħa u tal‑ħajja ta’ kulħadd.
Rigward iċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ barra l‑bini tal‑knisja, li normalment jiġu organizzati mill‑Knisja, bħalma huma l‑purċissjonijiet, dawn isiru biss jekk, fejn u meta l‑Awtoritajiet tas‑Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi. Read more »
…