He chose us – Bishop Galea-Curmi
07/05/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Għada s-Sibt hi ġurnata sabiħa ħafna għall-Knisja f’Malta għax l-Arċisqof se jordna erba’ saċerdoti ġodda. Fid-djoċesi ta’ Għawdex, ftit ġranet ilu, l-Isqof ta’ Għawdex ordna żewġ saċerdoti ġodda. Hi sabiħa għax hi ċ-ċelebrazzjoni tas-sejħa li għamel il-Mulej, u tat-tweġiba ġeneruża ta’ dawn iż-żgħażagħ. Tfakkarna ħafna f’dal-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju skont San Ġwann: “Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott, u l-frott tagħkom jibqa’.” Hi din l-għażla li għamel il-Mulej, u t-tweġiba ta’ dawn iż-żgħażagħ, biex il-Mulej jagħtihom din il-missjoni li jagħmlu frott li jibqa’… Read more »