Let’s not tell him “full up” – Bishop Galea-Curmi
Midnight Mass
24/12/2020 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Fil-Ktieb tal-Apokalissi hemm sentenza li f’parti minnha tgħid hekk: “Ara jiena fil-bieb u qiegħed inħabbat” (Apok 3:20). Meta naqraha, u nara l-ġrajja tal-Milied, nistħajjilha deskrizzjoni tal-esperjenza ta’ San Ġużepp li kien qed qed iħabbat, ifittex post fejn jistgħu jidħlu, hu u martu Marija, ħalli hi tista’ twelled lil binha. L-Evanġelju jgħidilna li dal-post ma sabux. Hemm dik is-sentenza fl-Evanġelju skont San Luqa, li tant hi sentenza kiefra, u li naqrawha meta niċċelebraw il-ġrajja tal-Milied: “Ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda” (Luqa 10:7)… Read more »