Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of April 2017
31/03/2017-
Is‑Sibt l‑1 ta’ April 2017, fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja l‑Qadima ta’ Santa Venera, fil-bidu tal‑Viżta Pastorali fil-parroċċa ta’ Santa Venera. Fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Via Sacra għat‑tfal, fil‑Palazz Verdala, il-Buskett.
Il‑Ħadd 2 ta’ April, fil‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar, u fil‑11:30 a.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, bħala parti mill-Viżta Pastorali…