• Il‑Kummissjoni Djoċesana Tfal qed torganizza Via Sacra għat‑tfal, nhar is‑Sibt l‑1 ta’ April 2017, bejn is‑6:15 p.m. u t‑8:00 p.m. Din l‑attività Djoċesana bit‑tema ‘Nimxu ma’ Ġesù’, ser issir fil‑ġonna tal‑Palazz Verdala, il‑Buskett. 

    L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑E.T. il‑President Marie-Louise Coleiro Preca ser imexxu l‑Via Sacra, fil‑preżenza ta’ numru ta’ tfal mill-parroċċi f’Malta. Il‑Via Sacra ser tiġi animata mit‑tfal stess permezz tal‑kant, mużika addattata u djalogu ppreżentat minn għaqdiet tat‑tfal minn diversi parroċċi.