The Martian
29/09/2015- ****
Direttur: Ridley Scott
Atturi: Matt Damon, Jessica Chastain, Chiwetel Ejiofor, Kate Mara
Ħin: 130 minuti
Klassifika tal-Gvern: 12A
Klassifika tal-Knisja: 12A
Waqt li l-ekwipaġġ ta’ vettura spazjali fuq Mars ikunu qed iħaffu biex jitilqu lejn id-Dinja biex jeħilsu minn tempesta qalila, Mark Watney jintlaqat minn antenna u jitħalla għal mejjet. Meta jerġa’ jiġi f’sensih jirrealiżża li jinsab waħdu fuq Mars, miljuni ta’ mili l-bogħod mid-Dinja, bi ftit ikel li jista’ jservih sa xahar, u li vettura spazjali oħra mhix ippjanat li tasal qabel erba’ snin oħra…