“Giving blood is concrete love towards thy neighbour” – Archbishop Charles J. Scicluna
10/05/2015-
Nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Pjazza San Luqa, Gwardamanġa. L-Arċisqof iltaqa’ mad-diriġenti u l-istaff tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, kif ukoll ma’ persuni li ser ikunu qegħdin jagħtu d-demm, fosthom saċerdoti u reliġjużi. L-Arċisqof iltaqa’ wkoll mal-membri tal-LifeCycle li kienu qed jorganizzaw attività bil-għan li jinġabru l-flus b’risq il-pazjenti morda bil-kliewi, biex iktar nies jirreġistraw u jkunu donaturi tal-organi wara mewthom, u biex fl-istess waqt iħeġġu aktar nies jagħtu d-demm…