Homily by Mgr Charles J. Scicluna during Mass on the Solemn Installation as Archbishop of Malta
21/03/2015-
Katidral tal-Imdina
21 ta’ Marzu 2015
‘Tħobbni int?’ Il-kelmiet ta’ Ġesù lil Pietru jgħoddu għal kull wieħed u waħda minna. Ilum, b’mod speċjali, Ġesù jgħidhom lili, magħżul biex inkun ir-Ragħaj tagħkom. Id-domanda ta’ Ġesù tfakkarni fid-dgħufija tiegħi u fil-Ħniena tiegħu. Tfakkarni li l-qofol ta’ kull ministeru pastorali huwa l-imħabba: l-imħabba lejn Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ħabbna qabel ħabbejnieh aħna, kif ukoll l-imħabba lejn kull membru tal-merħla tiegħu…