• Direttur: Jaume Collet-Serra

    Atturi: Liam Neeson, Joel Kinnaman, Common, Ed Harris, Genesis Rodriguez, Vincent D’Onofrio, Boyd Holbrook, Holt  McCallany u Malcolm Goodwin

    Ħin tal-Film: 114 min

    KLASSSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Jimmy Conlon illum –il gurnata jinsab f’kollass mentali u fiziku,  għamel żmien twil bħala qattiel  mikri ġewwa New York tant li ġie mlaqqam bħala: The Gravedigger. Jimmy sar jiddependi fuq il-karita` li kien itih Shawn Maguire, patrun u mexxej ta’ kriminalita` organizzata. Effett tal-ħajja bla rażan li kien jgħix qabel fost il-ħafna delitti li wettaq  fuq struzzjoni ta’ Shawn, Jimmy kien kisirha  ma’ l-istess ibnu Mike  u l-familja  tant li ma kienux jitkellmu. Dan sakemm Mike li kien jaħdem ta’ xufier sab ruħhu xhud ta’ qtiel dobbju mwettaq minn Danny, bniedem ta’ rasu iebsa u li kien it-tifel eredi ta’ Shawn. Il-fatt li Mike kien ra dan id-delitt, sab ruħhu  t-targit biex jinqatel minn Danny u sħabu. Ma kellux alternativa ħlief li jdur lejn missierhu Jimmy għal protezzjoni. Biex tkompli titħawwad il-qagħda ghal Mike u Jimmy, il-pulizija li bdew jinvestigaw dan il-qtil kienu taħt il-kontrol ta’ Shawn u għalkemm id-detektiv onest John Harding kien qiegħed imexxi l-każ,  Jimmy u Mike ma kien għad  baqgħalhom xejn x’jagħmlu,  ħlief  li jaħarbu.  Il-qagħda tkompli teħżien  meta Shawn iqabbad lil Andrew Price, qattiel bla kompassjoni, biex isib u joqtolhom. Għalkemm Jimmy fil-bidu sab il-mument li jkellem lil Shawn biex isibu kompromess, kien kollu għal xejn. Shawn ma kienx lest għal kompromessi. X’jista’ jagħmel Jimmy biex joħroġ minn din il-qagħda tant diffiċli u jara li  Mike ma jikkompromettix ruħhu billi joqtol lil xi ħadd.

    Film Amerikan, mimli azzjoni taħt id-direzzjoni ta’ Jaume Collett-Serra, kitba ta’ Brad Ingelsby  ilaqqagħna ma’ Jimmy Conlon, qattiel mikri li għal ħafna snin kien taħt il-ħakma ta’ Shawn Maguire, mexxej ta’ gang kriminali. Minħabba vjolenza ħarxa, demmija  u bla rażan barrra użu ta’ drogi kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb li -film jarawh il-kbar biss.