The Apostolic Preacher in Malta
19/05/2014- The Apostolic Preacher in Malta
-
Patri Raniero Cantalamessa OFMCap, patri Kapuċċin u predikatur tal-Papa, ser ikun Malta bejn it-23 u l-31 ta’ Mejju 2014. Huwa ġej Malta fuq stedina ta’ Fr Hayden Williams OFMCap. Waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, huwa ser jindirizza numru ta’ seminars f’Malta u Għawdex li għalihom huma mistiedna saċerdoti, reliġjużi, u operaturi pastorali. Wieħed jista’ jsegwi l- attivijiet immexxija minn Patri Cantalamessa permezz tal-paġna tal-facebook: www.facebook.com/cantalamessamalta2014
Il-Ħadd 25 ta’ Mejju ser imexxi laqgħa ta ġurnata bit-tema ‘Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, il- Mulej li jagħti l-ħajja’…