• The 2014 Day of Charity

  • ‘Għin lil ħaddieħor igħix aħjar’

  • Nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju 2014, il-Knisja f’Malta ser tiċċelebra Jum il-Karità. Il-motto li ntagħżel għal din is-sena hu ‘Għin lil Ħaddieħor Igħix Aħjar’ (R. Follerau).

    Mill-offerti li ser jingħataw waqt il-quddies fi tmiem din il-ġimgħa, ser jibbenefikaw id-Djar tat-tfal, id-Djar tal-anzjani, Dar Pirotta, Id-Dar tal-Providenza, is-Segretarjat Emigranti Taqsima Refuġjati, is-Segretarjat Assistenza Soċjali u l-Caritas Malta.
    Bil-kooperazzjoni tal-Kulleġġ tal-Kappillani u tar-Retturi tal-Knejjes tar-Reliġjużi u Filjali, ser jitqassmu qofof li jitpoġġew fil-knejjes biex fihom jitqegħdu oġġetti tal-ikel. Matul is-sena dawn l-offerti jkunu ta’ għajnuna kbira għat-tfal u għall-adolexxenti li fit-tfulija tagħhom ikunu sabu ruħhom f’diffikultajiet serji.
    Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru fil-parroċċi permezz tal-Kappillani, jew billi wieħed jibgħat SMS vojt fuq 50618921 u jikkontribwixxi €7, jew billi jżur wieħed mill-fergħat tal-Banek APS, BOV u HSBC, u jagħmel l-għotja tiegħu fil-kontijiet bankarji kif ġej:

    APS 105 43110022

    BOV 400 10162286
    HSBC 033 157108050