Reflections for Lent – 18th February 2010
18/02/2010Kelma tal-Ħajja
Jalla l-Kelma tiegħek, Mulej,
tħeġġiġna nishru fuq din l-art,
l-art li rċevejna mingħandek stess.
Jalla din l-art tagħmel ħafna frott
u toffri ambjent sabiħ u armonjuż
fejn it-tfal ta’ għada
jkunu jistgħu jgawdu
l-ward u x-xewk
tal-ħajja ferrieħa tagħhom.
Jalla l-Kelma tiegħek, Mulej,
issejħilna nqassmu l-imħabba tiegħek
lil sħabna fuq din l-art
sabiex huma jkunu jistgħu
jduquha u jiggustawha
bħala ikel bnin u abbundanti
li jaqta’ l-ġuħ u l-għatx
li huma għandhom
għall-hena bla tmiem… Read more »