Persuni b’diżabilità se jkunu l-benefiċjarji tal-kunċert ta’ din is-sena Strummin’ Home, imtella’ miz- Żgħażagħ Ħaddiema Nsara.
F’kummenti li tat lil IL-ĠENSillum online, Lorleen Farrugia fissret li l-kunċert ta’ din is-sena se jkun qed jiffoka fuq l-iktar mużika popolari ta’ dawn l-aħħar 50 sena.
Din se tkun id-disa’ edizzjoni tal-kunċert Strummin’ Home, kunċert li issa sar appuntament tradizzjonali tal-ħarifa Maltija u li permezz tiegħu jinġabru fondi b’risq skopjiet karitattevoli.
Il-profitt li se jsir miż-żewġ serati li fuqhom se jkun mifrux il-kunċert se jmur biex jgħin lill-Fondazzjoni Equal Partners (www.equalpartnersmalta.org), organizzazzjoni mhux governattiva li tgħin lil persuni b’diżabilità u lil qrabathom.
AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-EDITORJAL FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com