• F’laqgħa mal-Arċisqof Charles J. Scicluna, żgħażagħ membri taż-ŻAK għażlu li jkompli jiddiskutu xi punti li ħarġu mis-Sinodu dwar iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali hekk kif il-Papa Franġisku ppreżenta l-eżortazzjoni appostolika ‘Christus Vivit’.

    Iż-żgħażagħ ppreżentaw 10 punti biex jispjegaw kif iż-ŻAK diġà qed twettaq xi suġġerimenti li ħarġu mis-Sinodu. Komplew id-djalogu billi ddiskutew diversi sitwazzjonijiet u temi li huma relevanti għalihom fil-ġurnata tal-lum, bħat-teknologija, is-social media, ix-xogħol, il-familja, l-ambjent u l-politika. Mons. Arċisqof ħeġġiġhom biex jagħtu kas b’mod speċjali r-relazzjoni personali mal-persuna ta’ Ġesù għaliex jekk ma jagħmlux dan, kull ħaġa oħra hija mingħajr sens, anke l-istess ħidma tagħhom.

     

  • Ritratti: ŻAK