• Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek u inawgura pixxina terapewtika fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. 
     

    Diskors tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Id-Dar tal-Providenza
    4 ta’ Novembru 2016

    Il-Kelma Aqua terapija li smajna kemm il-darba llejla, ġagħlitni naħseb kemm huwa kunċett profond u għaziz għal kultura tagħna, il-kultura nisranija, anke għaliex aħna nafu l-bidu tal-ħajja nisranija tagħna f’esperjenza ta’ aqua terapija, għaliex il-Magħmudija li hija l-immersjoni fl-ilma u li tnaddafna minn dnubietna u mid-dnub tan-nisel; terapija profonda li l-Mulej bħala sinjal tagħha għażel propju l-immersjoni fl-ilma għax baptizo tfisser immersion.  Aħna kultant inroxxu bl-ilma imma rridu propju nfissru li inti tidħol fl-ilma, tgħum fl-ilma biex inti jkollok l-ikbar terapija. 

    Il-kultura tagħna hija wkoll kultura ta’ gżira li tgħum fl-ilma, Malta hija wkoll fiżjoloġikament sponża, għaliex il-ġebla tagħna hija poruża, sponża fil-Mediterran. Aħna għalina l-ilma huwa prezzjuż, għax ma tantx għandna minnu, almenu dak li nistgħu nixorbu minnu – imma mdawrin bil-baħar li għalina huwa terapija u li għandu bżonn terapija għaliex sfortunatament ir-rebgħa tagħna kultant qed tagħmel ħsara kbira. Allura dan il-ġest qed iffakkarni f’ħafna valuri li għandhom bżonn jiġu mfakkrin b’mod urġenti. 

    L-għajn tagħna li aħna ġejjin mill-Magħmudija u li fl-istess ħin irridu nimitaw lil Ġesù li l-missjoni tiegħu bdieha li jaċċetta l-istedina ta’ Ġwanni l-Għammiedi, il-Battista, u jinżel fix-xmara  Ġordan u l-Mulej f’dak il-mument li fih niżel fix-xmara  qallu “Inti Ibni l-maħbub, fik sibt il-għaxqa tiegħi”.    

    Qrib il-pixxina qrib it-Tempju ta’ Ġerusalemm, kien hemm wieħed li kien ilu jistenna ħafna li xi ħadd iwaddbu u ma kellux min, u Ġesù ħelisielu. Ma nafx jekk kellux bżonn jinħasel, imma Ġesù ħelisielu, u Ġesù fejqu. 

    Jien nixtieq nirringrazzja ħafna lil Fr Martin għaliex inti rringrazzjajt lil kulħadd u aħna hemm bżonn irroddu ħajr lilek ukoll talli jien naħseb inti mhux biss l-ewwel lejl tlift l-irqad imma min jaf kemm iljieli li aħna ma nafux bihom imma li dwarhom jaf il-Mulej, ikollok titlef l-irqad biex din l-esperjenza straordinarja tkompli, kulmin jiġi hawn iħossu milqugħ u hawnhekk tħossok li d-dinjita’ tiegħek, inti min inti, hija rispettata. Għalhekk hawnhekk ukoll dan il-post huwa post ta’ terapija tal-Ispirtu. Hawnhekk, int min int, int ta’ liema forma int, inti milqugħ, inti at home u din il-pixxina,  hija konkretament din il-ħaġa.  Kull min jidħol fiha, anke l-membri tal-komunità wiesgħa se jħossu merfugħ minn dan it-toqol kif qal is-Sur Mercieca, u se jħossu wkoll imdawwar mhux biss bl-element tal-ilma imma bl-element tas-solidarjeta’.  

    Is-solidarjetà ssir ambjent fejn dak li jkun jista’ isib is-serħan u s-solidarjetà kif qalet Dr Justyne.  Jien nixtieq nieħu din l-oppurtunità biex nirringrazzjak Dr Justyne u lill-Istat Malti tas-sapport li tagħtu lid-Dar tal-Providenza għaliex aħna lkoll nafu li dan huwa partnership straordinarju li hemm bżonn ikompli anke b’xhieda u tal-valur profond li semmejt inti wkoll tar-rispett tal-ħajja, hija ta’ liema kwalità hi, għax il-kwalità tagħha ma tiddependix mill-maskra tas-sofferenza jew mill-profit li nista’ nagħti lill-Istat imma minn dinjità profonda li hemm f’kull wieħed u waħda minna.  Din hija l-ugwaljanza profonda li tagħmilna verament bnedmin u allaħares nitilfuha u għalhekk din il-preżenza tiegħek, tar-rappreżentant ta’ l-Oppożizzjoni, tiegħek Sur Sindku, tiegħek President Emeritu, tagħkom mistednin distinti, hija ta inkorragiment.

    Irrid nirringrazzja anke lill-ħbieb tagħna Taljani għaliex rajt, smajt, innunatajt li mhux biss qsamtu magħna l-preżenza tagħkom, imma wkoll imħabbitkom lejn id-dinja, lejn l-umanita’.  Grazzi għaliex aħna għandna bżonn l-għajnuna ta’ xulxin, wieħed tal-ieħor, tajtuna pixxina sabiħa, li ġabet magħha ħafna xogħol ta’ responsabilita’.  Grazzi.

    Vorrei dire grazie anche per i nostri amici italiani perche ho visto ascoltando, notando lo sguardo, non hanno condiviso solo la loro peritia ma anche i loro amore per il mondo per lumanita.  Grazie perche noi abbiamo bisogno l uno degli altri.  Ce avete dato una grande vasca che e anche una grande responsabilita.

    Jiena nirringrazzjakom ħafna u nirringrazzja ‘l Alla ta’ dan l-ambjent  hu verament ospitali llejla u t-talba tiegħi hija li nkomplu nissaportjaw lid-Dar tal-Providenza.  Hemm bżonn li l-ħajja napprezzawha fil-bidu tagħha, fit-tmiem tagħha, dejjem naħdmu għad-dinjità ta’ kull sitwazzjoni fil-ħajja. There is a large gap in between, u dawn huwa monument bejn dak l-intervall, il-bidu u t-tmiem li rridu nieħdu ħsieb.

    Grazzi ħafna tal-preżenza tagħkom illejla.

     Charles J. Scicluna     
        
    Arċisqof ta’ Malta

  • Photos: Curia Communications Office