Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Luca Fenech qal li m’għandniex neħlu mal-passat u lanqas niffissaw fuq il-futur, iżda għandna ngħixu l-preżent u nġorru s-salib tagħna mhux inwaqqgħuh.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Ian Borg u Luca Fenech. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 6, 43-49
Kull min jiġi għandi u jisma’ kliemi u jagħmel dak li ngħid jien, ħa ngħidilkom lil min jixbah. Jixbah lil wieħed li ried jibni dar, ħaffer fil-fond sa ma sab il-blat, u fuqu qiegħed is-sisien. Imbagħad għamlet xita bil-qliel, il-wied niżel b’qawwa kbira għal fuq dik id-dar, imma ma setax jheżżiżha, għax kienet mibnija tajjeb.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar