Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Josef Mifsud qal li tajjeb li nirriflettu ta’ spiss u ngħarblu ħalli npoġġu l-prijoritajiet tagħna f’posthom.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Josef Mifsud u Daniela Borg. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 17, 22-27
Meta daħal id-dar, Ġesù, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh: “Int x’jidhirlek, Xmun? Is-slaten tal-art mingħand min jiġbruha t-taxxa jew il-ħaraġ, mingħand is-sudditi jew mingħand il-barranin?”. “Mingħand il-barranin”, wieġbu Pietru. U Ġesù qallu: “Mela s-sudditi meħlusa minnha. Iżda, biex ma tkun ta’ ebda skandlu għalihom, asal wasla sal-baħar, ixħet ix-xlief u, l-ewwel ħuta li ttalla’, aqbadha, iftħilha ħalqha, u għandek issib munita tal-fidda; ħudha minn hemm u mur agħtiha lilhom għalija u għalik”.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar