• Postijiet għat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja fl-ewwel sena Kindergarten

    Fit-2, it-3 u d-9 ta’ Frar ser jintlaqgħu l-applikazzjonijiet tat-tielet kriterju “Applikanti Oħra” għall-ewwel sena kindergarten għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2015-2016. Aktar dettalji jinsabu fir-Regolamenti tad-Dħul li jinsabu fuq il-websajt tal-Knisja f’Malta.

    F’Novembru 2014 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2015 għas-sena skolastika 2015-2016. Hawn taħt qed nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Kindergarten.
     
    L-Ewwel Sena Kindergarten Subien
    It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena kindergarten subien huwa ta’ erbgħa u sittin (64) post.
    Għall-ewwel sena kindergarten subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

     Kriterju Applikanti
     1b Aħwa 31
     1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 5
     Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Serji 1
     Każijiet Serji Refuġjati 2
     Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 39
     
    Mal-postijiet okkupati qed jiġu riżervati żewġ postijiet għal tfal li meta huma jew il-ġenituri tagħhom ġew Malta applikaw għall-ażil (refuġjati). Meta mit-total ta’ postijiet vakanti (64) innaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (39), dan iħalli total ta’ ħamsa u għoxrin (25) post vakanti.
    Infakkru li jiġu aċċettati xi każijiet serji skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos. Fost l-applikanti oħra jkun hemm ukoll aħwa li qed japplikaw għall-istess sena (p.eż tewmin) jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed minn dawn l-aħwa jirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.
     
    L-Ewwel Sena Kindergarten Bniet
    It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena kindergarten bniet huwa ta’ wieħed u disgħin (91) post.
    Għall-ewwel sena kindergarten bniet kellna dan it-total ta’ applikanti:

     Kriterju  Applikanti
     1a Tfal mid-Djar tal-Knisja 2
     1b Aħwa 54
     1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 4
     Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Serji 1
     Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju bniet 61

     
    Meta mit-total ta’ postijiet vakanti (91) innaqqsu n-numru ta’ applikanti (61), dan iħalli total ta’ tletin (30) post vakanti.
    Infakkru li jiġu aċċettati xi każijiet serji skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos. Fost l-applikanti oħra jkun hemm ukoll aħwa li qed japplikaw għall-istess sena (p.eż tewmin) jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed minn dawn l-aħwa jirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.
     
    Konklużjoni
    Minkejja l-attenzjoni kollha sabiex il-figuri maħruġin ikunu korretti, jistgħu jirriżultaw xi ineżattezzi minħabba ċirkustanzi li m’ għandniex kontroll fuqhom. Fi ftit każijiet għad jonqos xi dokumentazzjoni li għad trid tiġi ppreżentata. Għalhekk jista’ jirriżulta xi tibdil fin-numri ta’ postijiet vakanti. Jekk jiġri dan, il-Bord tad-Dħul jinforma lil dawk kollha kkonċernati.


    Postijiet għat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja fl-Ewwel Sena Primarja

    Fit-2, it-3 u d-9 ta’ Frar ser jintlaqgħu l-applikazzjonijiet tat-tielet kriterju “Applikanti Oħra” għall-ewwel sena primarja għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2015-2016. Aktar dettalji jinsabu fir-Regolamenti tad-Dħul li jinsabu fuq il-websajt tal-Knisja f’Malta.
    F’Novembru 2014 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2015 għas-sena skolastika 2015-2016. Hawn taħt qed nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Primarja. 
     
    L-Ewwel Sena Primarja Subien
    It-total ta’ postijiet vakanti għal-ewwel sena primarja subien huwa ta’ erbgħa mija u tnejn u għoxrin (422) post.
    Għall-ewwel sena primarja subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

     Kriterju Applikanti
     1b Aħwa 87
     1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 15
     1e Tfal minn skola bla kontinwità 48
     Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Serji 22
     Każijiet Serji Refuġjati 6
     Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 178
     
    It-total ta’ applikanti ta’ skola bla kontinwità kien ta’ 50 iżda 2 minnhom applikaw bil-kriterju tal-aħwa u bil-kriterju ta’ skola bla kontinwità.  Mal-postijiet okkupati qed jiġu riżervati sitt postijiet għal tfal refuġjati. Meta mit-total ta’ postijiet vakanti (422) innaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (178), dan iħalli total ta’ mitejn, erbgħa u erbgħin (244) post vakanti.
     
    Għandna tlett applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju għal skejjel li bħalissa ma għandhomx post vakanti. Jekk jinħoloq post vakanti fl-iskola rilevanti dawn jinkitbu fiha. Għandna wkoll applikazzjoni skont il-kriterju “Eżenzjoni f’każijiet serji ta’ żmien barra minn Malta”. Dan l-applikant intrefgħalu post fl-iskola li kien għażel u għalhekk ma hemmx għalfejn jitnaqqas post għalih.
     
    Każijiet Serji
    In-numru tal-applikazzjonijiet ta’ tfal bi bżonnijiet edukattivi tal-ewwel kriterju huwa tali li jista’ jirriżulta f’nuqqas ta’ postijiet għall-każijiet serji tat-tielet kriterju. Peress lit-tqassim tal-postijiet tal-każijiet serji tal-ewwel kriterju għadu ma tlestiex, il-Bord tad-Dħul ser jilqa’ xorta u bla ħlas l-applikazzjonijiet tal-każijiet serji tat-tielet kriterju, sew dawk li diġà għandhom LSA, kif ukoll dawk li qegħdin fi proċess ta’ statementing jew għandhom rapport psikoloġiku.

    Il-Kummissjoni tal-Każijiet Serji tistudja dawn l-applikazzjonijiet. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li applikant li qiegħed fi proċess ta’ statementing jew għandu rapport psikoloġiku, probabilment mhux se jingħata LSA mill-iStatementing Moderating Board, l-applikazzjoni titqiegħed fil-Polza ta’ Parteċipazzjoni. Mill-banda l-oħra se jkunu qed jintlaqgħu applikazzjonijiet ta’ Każijiet Soċjali.
     
    L-Ewwel Sena Primarja Bniet
    It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena bniet huwa ta’ mitejn, sebgħa u erbgħin (247) post.
    Għall-ewwel sena primarja bniet kellna dan it-total ta’ applikanti:

     Kriterju Applikanti
     1b Aħwa 35
     1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 5
     1d Transfers 1
     1e Tfal minn skola bla kontinwità 57
     Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Serji 4
     Każijiet Serji Refuġjati 1
     Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju bniet 103
     
     
    It-total ta’ applikanti ta’ skola bla kontinwità kien ta’ 58, iżda 1 minnhom applikat bil-kriterju tal-aħwa u bil-kriterju ta’ skola bla kontinwità.  Disgħa applikanti, waħda minnhom minn Għawdex, talbu trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni, Kriterju 1d.  Dawn ma tnaqqsux mit-total ta’ postijiet vakanti, ħlief dik ta’ Għawdex, għaliex filwaqt li jokkupaw post fi skola jħallu post vakant fl-iskola fejn jattendu. Mal-postijiet okkupati qed jiġi riżervat post għal tifla refuġjata.  Meta mit-total ta’ postijiet vakanti (247) innaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (103), dan iħalli total ta’ mija, erbgħa u erbgħin (144) post vakanti. 

    Infakkru li jiġu aċċettati xi każijiet serji skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos.

    Għandna wkoll żewġ applikazzjonijiet għal skejjel li bħalissa ma għandhomx postijiet vakanti.  Jekk jinħolqu postijiet vakanti fl-iskola rilevanti l-applikanti jinkitbu fiha.
     
    Konklużjoni
    Fost l-applikanti oħra jkun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena (p.eż tewmin) jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed minn dawn l-aħwa jirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.

    Minkejja l-attenzjoni kollha sabiex il-figuri maħruġin ikunu korretti, jistgħu jirriżultaw xi ineżattezzi minħabba ċirkustanzi li ma għandniex kontroll fuqhom. Fi ftit każijiet għad jonqos xi dokumentazzjoni li għad trid tiġi ppreżentata. Għalhekk jista’ jirriżulta xi tibdil fin-numri ta’ postijiet vakanti. Jekk jiġri dan, il-Bord tad-Dħul jinforma lil dawk kollha kkonċernati.