• Vacant places in Church Schools for Third Criteria Grave Humanitarian Cases

  • F’Novembru 2013 intlaqgħu l-applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju tal-Każijiet Umanitarji Gravi. Minn dakinhar ‘l hawn, numru kbir minn dawn il-każijiet ġew ipproċessati, oħrajn għadhom mhux konklużi.

    B’riżultat ta’ dan nistgħu ninfurmaw lil dawk li se japplikaw għal Każ Umanitarju Gravi tat-Tielet Kriterju bin-numru ta’ postijiet vakanti u l-iskejjel li jistgħu jaċċettaw tfal li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ L.S.A.

    Fl-ewwel sena Kindergarten in-numru ta’ postijiet vakanti għas-subien u bniet huwa ta’ 10 u l-iskejjel huma:
    St. Angela: Cospicua, Lija, Rabat, Sliema, Żabbar.
    St. Francis: San Ġwann, San Pawl il-Baħar.
    Theresa Nuzzo: Ħamrun, Żejtun.

    Fit-tieni sena Kindergarten in-numru ta’ postijiet vakanti għas-subien huwa ta’ 2 u għall-bniet hemm 10 postijiet. Il-postijiet vakanti huma f’dawn l-iskejjel:
    Subien: St. Aloysius Primary Balzan, St. Angela Msida.
    Bniet: St. Dorothy Ħaż-Żebbuġ; St. Joseph: Blata l-Bajda, Paola;
    St. Monica: Gżira, Mosta; St. Jeanne Antide College, Kinder Gudja.
    Fl-ewwel sena Primarja n-numru ta’ postijiet vakanti għas-subien huwa ta’ 4. Il-postijiet vakanti huma f’dawn l-iskejjel:
    De La Salle, St. Benild (Stella Maris College).
    L-iskejjel tal-bniet li jistgħu jaċċettaw każijiet fl-ewwel sena Primarja huma dawn:
    Our Lady Immaculate School Ħamrun, St. Jeanne Antide College, Primary Gudja, St. Joseph Sliema, St. Monica B’Kara, Gżira, Mosta – peress li għadu għaddej ix-xogħol marbut mal-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju, ma nistgħux niddeterminaw in-numru ta’ postijiet vakanti f’kull skola. Iktar informazzjoni tingħata aktar tard.

    Fit-tielet sena primarja hemm 2 postijiet vakanti għas-subien f’St. Augustine College.

    Fis-sitt sena primarja hemm 2 postijiet vakanti għas-subien f’St. Augustine College.

    Fl-ewwel sena sekondarja subien u bniet il-postijiet vakanti għall-Każijiet Umanitarji Gravi ġew kollha mimlijin mill-każijiet tal-Ewwel Kriterju.
    Fost is-subien hemm xi każijiet tal-kriterju ta’ skola bla kontinwità li l-proċess ta’ statementing tagħhom għadu mhux konkluż. Għalhekk jista’ ikun li jinħoloq xi post vakanti. Għaldaqstant se nilqgħu applikazzjonijiet għall-ewwel sena sekondarja subien. Dawn l-applikazzjonijiet se jkunu bla ħlas.

    Din l-informazzjoni qed tiġi pubblikata bħala għajnuna għal dawk li se japplikaw. Peress li għad ma għandniex l-informazzjoni neċessarja kollha jista’ jkun li jkollna xi tibdil. F’dan il-każ jiġu nfurmati l-applikanti konċernati.

    Il-Bord tad-Dħul  Data: 3 ta’ Frar 2014