Is-Segretarjat Parroċċi flimkien mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jorganizza taħriġ għall-Operaturi Pastorali dwar is-suġġett: Dixxerniment Komunitarju u Pjanar Pastorali.
Deskrizzjoni
Matul dawn il-ġimgħat, bosta parroċċi jkunu qed ifasslu l-pjan pastorali tagħhom. Filwaqt li l-ħidma kollha tal-Knisja għandha l-istess għan, kull parroċċa jista’ jkollha modi u mezzi differenti ta’ kif tilħqu.
Il-Pjan Pastorali għandu jkun frott ta’ dixxerniment komunitarju. Għalhekk, dan it-taħriġ ser jipprovdi tagħrif dwar dan il-proċess ta’ dixxerniment, kif ukoll dwar kif isir pjan pastorali.
Għanijiet tat-taħriġ għall-parteċipanti:
- Jitħarrġu fuq il-proċess ta’ dixxerniment komunitarju;
- Jifhmu għalfejn għandu jsir pjan pastorali, x’inhi n-natura tiegħu u x’inhuma l-għodda meħtieġa għal pjan effettiv;
- Isiru midħla tal-punti prinċipali li d-djoċesi qed tipproponi biex fuqhom jitfassal il-pjan pastorali.
Għal aktar dettalji u biex tapplika agħfas hawn jew ibgħat email fuq [email protected]
Applikazzjonijiet sal-Erbgħa 6 ta’ Novembru.