Fl-aħħar ġimgħat, il-Kummissjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta li twaqqfet biex tisma’ l-esperjenzi tan-nies dwar il-Komunità Ġesù Salvatur, iltaqgħet ma’ għadd ta’ persuni li xtaqu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. Dan sar wara li l-membri tal-pubbliku kienu mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tavża li kull min jixtieq jagħmel appuntament jista’ jibgħat imejl fuq [email protected] sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Settembru 2020. Min irid iwassal xi tagħrif ieħor wara din id-data, jista’ jagħmel dan permezz ta’ imejl fl-indirizz imsemmi.