• Is-Segretarjat għal-Lajci b’kollaborazzjoni mal-Moviment ta’ Kana qiegħed jorganizza laqgħa ta’ diskussjoni pubblika.  It-Tema ser tkun: “It-Tisħiħ tal-Familja jnaqqas il-Faqar”.
     
    Il-panel se jkun magħmul mill-Onorevoli Membri Parlamentari Clyde Puli, Deborah Schembri, Marthese Portelli u l-Ministru għall-Familja Michael Farrugia. Magħhom jieħu sehem Dun Joe Mizzi, Direttur tal-Moviment ta’ Kana.  Ikun hemm ukoll ħin għal interventi minn dawk preżenti.
     
    Il-laqgħa ser issir illum, il-Ħamis 3 ta’ Lulju 2014, fiċ-Ċentru Parrokjali, Familja Mqaddsa, l-Iklin.  Il-laqgħa tibda fis-7.30 pm u tintemm fid-9.00pm.
     
    Kulħadd huwa mistieden.