• The Malta Youth Ministry Assembly

  • Nhar is-Sibt 22 ta’ Frar 2014, saret l-Assemblea tal-Youth Ministry fiċ-Ċentru Konferenzi f’Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera. Għal din l-Assemblea annwali, organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ), attendew madwar 160 persuna minn 50 organiżżazzjoni nvoluta f’ħidma pastorali maż-żgħażagħ u l-adolexxenti.
     
    L-Assemblea ġiet indirizzata minn numru ta’ mistiedna lokali u internazzjonali fosthom l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, Rev. João Chagas (kap tas-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan il-Kunsill Pontifiċju tal-Lajċi), Rev. Dr René Camilleri (Delegat tal-Arċisqof għall-Katekeżi); Dr Claudia Psaila (Lecturer u Riċerkatur fil-qasam tal-Ispiritwalità u l-Psikoterapija), Dr Adrian Gellel (Senior Lecturer fit-Teoloġija Pastorali u Edukazzjoni), Ms Miriam Teuma (CEO, Aġenzija Żgħażagħ) u Fr Robert Galea (Fundatur ta’ Stronger Youth Program – Djoċesi ta’ Sandhurst, l-Awstralja) li wassal messaġġ irrekordjat għal din l-okkażjoni.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com