Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Eċċellenza, Onorevoli Prim Ministru, Mr Speaker, Kap ta l-Oppożizzjoni,

Kemm hi ħaġa sabiħa li aħna qed nagħtu dal-messaġġ quddiem il-presepju. Il-presepju jfakkarna li l-Iben t’Alla sar bniedem. Isem ieħor li jingħata lil Ġesú skont il-Vanġelu ta’ San Mattew huwa proprju Għemmanu-el, Alla magħna. Is-suġġeriment tiegħi għal dan il-Milied huwa li aħna nkunu qrib xulxin,  preżenti għal xulxin. Ħafna drabi nikkomunikaw permezz tal-midja. Kultant il-midja nużawhom mhux tajjeb ħafna, imma ejjew anke meta nużaw is-social media f’dan il-Milied, nippruvaw nużawhom biex nagħtu messaġġ sabiħ ta’ paċi, tislima lil xi ħadd li ilna ma nikkuntattjaw.

Imma is-suġġeriment li nagħmel ukoll, hija li niddedikaw ħin għal xulxin, il-preżenza personali kull min jista’ għal xulxin. Anke jekk hemm xi ħadd, xi omm jew inkella marid, li wieħed jagħti ċans iżuru. Forsi l-ikbar rigal li nistgħu nagħtu lil xulxin hu l-preżenza tagħna għal xulxin.

Jiena nawgura bil-qalb lill-poplu kollu Malti u Għawdxi, Milied hieni mimli għożża, paċi u hena u sena ġdida mimlija risq u barka.

Il-paċi magħkom!

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Aktar ritratti