-
-
L-Erbgħa 30 ta’ Novembru 2016, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Ministru tal-Intern Carmelo Abela, ħabbret li l-Gvern ta’ Malta laqa’ t-talba tal-Papa Franġisku biex tingħata amnestija ta’ 30 jum lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Malta. Din l-aħbar ingħatat waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta. It-talba li tingħata amnestija lill-priġunieri kollha saret mill-Papa Franġisku f’ ittra lill-President ta’ Malta fejn talab li tintwera ħniena mal-priġunieri fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena.
-
Message by Archbishop Charles J. Scicluna
-
-
Palazz tal-President, il-Belt Valletta
30 ta’ Novembru 2016Eċċellenza nixtieq nirringrazzjak, nirringrazzja wkoll mhux biss lir-Repubblika ta’ Malta imma l-Gvern Malti, b’mod speċjali lill-Kabinett, talli laqa’ t-talba tal-Qdusija tiegħu l-Papa, li nieħdu mhux biss inkonsiderazzjoni din it-talba li tingħata klemenza fil-limiti possibli lill-priġunieri, imma wkoll din ir-risposta pożittiva tal-Gvern Malti u tal-Presidenza, tiegħek Eċċellenza, turi wkoll l-impenn, kif qed jawgura l-Papa, li aħna nkomplu naħdmu biex l-esperjenza korrettiva tkun ukoll esperjenza ta’ rijabilitazzjoni.
Fis-6 ta’ Novembru, fil-Jum tal-Ġublew tal-persuni residenti f’faċilitajiet korrettivi, li kien ukoll iċċelebrat mill-Papa f’San Pietru, jiena kelli l-opportunità inqaddes fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Nirringrazzja lil Ministru Abela u lill-awtoritajiet li ppermettuli nkun qrib dawn ħutna. Ma ninsewx ukoll l-esiġenzi ta’ min sofra, jiġifieri l-vittmi tal-kriminalità. Dan l-impenn ta’ ħniena jrid ukoll ikun messaġġ li s-soċjetà tagħraf il-ħsara li saret u taħdem biex il-prevenzjoni ssir bir-rijabilitazzjoni, mhux biss bil-kastig.
Jiena nerġa ngħid il-grazzi kordjali tiegħi bħala l-Arċisqof ta’ Malta għal din ir-risposta pożittiva li l-Gvern Malti u inti, Eċċellenza, tajtu għat-talba tal-Papa Franġisku.
✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta -
-
Photos: Curia Communications Office