Is-Sibt 24 ta’ Novembru 2012, fid-9.30 a.m. saret l-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Charles J. Scicluna,  Isqof Awżiljarju ta’ Malta u Isqof  Titulari ta’ San Leone. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ordinazzjoni  saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. kien l-Isqof Ordinandi Prinċipali, filwaqt li Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritus, kienu l-Isqfijiet Ko-ordinandi. Id-dinjitarji Ekklesjastiċi kienu jinkludu il-Kardinal Prospero Grech, il-Kardinal Cormac Murphy O’Connor, l-ArċisqofGerhard Ludwig Mueller, l-Arċisqof Tommaso Caputo, l-Arċisqof Luis F. Ladaria Ferrier, l-Arċisqof Joseph Augustine di Noia, l-Arċisqof Arthur Roche, l-Arċisqof Salvatore Cordileone, l-Isqof Robert Deeley u l-Isqof Silvestru Magro.

Ritratti: Photocity