Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, il-pulizija investigat 209 persuna, filwaqt li ressqet il-Qorti 49 persuna. Is-sena li għaddiet, il-persuni investigati dwar pussess jew traffikar ta’ droga mill-pulizija b’kollox kienu 506, li minnhom 160 tressqu l-Qorti.

Fl-2009, minn total ta’ 626 persuna investigati fuq pussess jew traffikar ta’ drog, il-pulizija ressqet il-Qorti 171 persuna.

Dan it-tagħrif ingħata mis-Supretendent Norbert Ciappara, inkarigat mill-Iskwadra kontra d-Droga, waqt il-programm ‘Realtajiet tal-Lum’ ippreżentat fuq Radju RTK minn Cynthia Zerafa.

Is-Supretendent Ciappara kompla jgħid li fl-2010 kien hemm 1,162 persuna li għamlu użu mid-Detox waqt li 609 persuna għamlu użu minn servizzi provduti mill-Gvern permezz tad-Drugs Community Services. Dawn barra 644 persuna li talbu l-għajnuna tal-CARITAS.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com