-
-
***
Direttur: Michael R. Roskam
Atturi: Tom Hardy, Noomi Rapace, James Gandolfini, Matthias Schoenaerts
Ħin: 106 minuti
Klassifika tal-Gvern: 15
Klassifika tal-Knisja: 18Bob Saginowski jaħdem għal kuġinuh Marv billi jeħodlu ħsieb il-Bar; il-lejalta’ kbira li Bob għandu lejn kuġinuh wasslitu biex jieħu dan l-impjieg fejn m’għandu l-ebda opportunita’ li javvanza fil-ħajja. Kien hemm żmien meta Marv kien figura prominenti fil-fillieri tal-mafja ta’ Brooklyn iżda mbagħad sab ruħhu f’ċirkostanzi diffiċli. Il-Bar tiegħu, li m’għadux propjeta’ tiegħu, jintuża mill-gangsters Ċeċeni bħala l-post fejn iħallu l-flus li jkunu serqu, bl-ingliż “drop location”. Meta l-Bar jinsteraq f’lejl meta kienu ħallew il-flus, il-kapijiet ta’ Marv jirrabjaw għax ikunu jridu lura l-ħamest elef dollaru li kienu insterqulhom minn hemm u taw x’jifhem lil Marv li jekk ma jsibx min kien seraqhomlhom ikollu jroddhom lura hu. Sadanittant, Bob isib ġeru ta’ bulldog imkabar f’landa taż-żibel u jadottah; bl-għajnuna ta’ Nadia, li l-ġeru sabu fil-landa taż-żibel tagħha, Bob jitgħallem jieħu ħsiebu. Bob ikun ferħan bil-ġeru, sakemm sid il-ġeru, Eric, jibda jfittex il-passi tiegħu u jitolbu somma kbira ta’ flus għaldak il-ġeru.
Film thriller, maħdum tajjeb, b’pass kajman iżda li joħloq suspens. Tom Hardy jaħdem parti tajba ħafna bħala l-karattru ta’ Bob. Għal kuntrarju ta’ ħafna films dwar il-gangsters li jiffokaw l-aktar fuq il-kapijiet, il-lenti ta’ dan il-film qedha fuq in-nies iż-żgħar fl-ambjent mafjuż. Il-film fih vjolenza qawwija u dmija kif ukoll ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta. -
-