Matul is-sena li għaddiet, il-Knisja f’Malta kienet tħaddem magħha madwar 1,125 persuna, bi spiża f’pagi ta’ kważi €13-il miljun. Dawn barra l-2,246 impjegat ieħor, fosthom għalliema u ħaddiema klerikali, li jaħdmu fl-iskejjel tagħha. Irid jingħad li l-biċċa l-kbira tal-għalliema jirċievu s-salarju tagħhom mill-Istat, skont il-ftehim li kien sar bejn l-Istat Malti u s-Santa Sede f’Novembru 1991.

B’total ta’ 3,371 impjegat, il-Knisja f’Malta tispiċċa fost l-ikbar employers fil-pajjiż. Din iċ-ċifra ma tinkludix dawk l-impjegati li jaħdmu mal-Ordnijiet reliġjużi f’pajjiżna, fost dawn għadd ta’ impjegati u professjonisti impenjati fid-djar tan-anzjani li huma responsabbli għalihom ir-reliġjużi.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com